Avviż legali
L-informazzjoni f’dan is‑sit web hija suġġetta għal rinunzja, avviż dwar id‑drittijiet tal-awtur u r‑regoli relatati mal‑protezzjoni tad-data personali.
L-informazzjoni f’dan is‑sit web hija suġġetta għal rinunzja, avviż dwar id‑drittijiet tal-awtur u r‑regoli relatati mal‑protezzjoni tad-data personali.
Rinunzja
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżomm din il‑websajt għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni ta’ testi għall-istituzzjonijiet, il‑korpi, l‑uffiċċji u l‑aġenziji tal-Unjoni Ewropea. L‑għan tagħna hu li nżommu din l‑informazzjoni aġġoranta u preċiża. Jekk jiġu indikati żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom. Madanakollu, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is‑sit.
Avviż dwar id‑drittijiet tal-awtur
© L‑Unjoni Ewropea, 2000-2026
Il-Gwida tal-istil interistituzzjonali tista’ terġa’ tintuża mingħajr ebda ħlas jew liċenzja bil-miktub għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali sakemm is‑sors jiġi rikonoxxut u skont il‑kundizzjonijiet li ġejjin:
- Meta l‑użu mill‑ġdid jinvolvi traduzzjoni ta’ Il‑Gwida tal-istil interistituzzjonali jew partijiet minnha f’lingwi oħra minbarra l‑edizzjonijiet lingwistiċi ppubblikati uffiċjalment mill‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jew jinvolvi modifiki lid‑dejta jew lit‑test, dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar lill‑utent aħħari tal-informazzjoni. Għandha tiddaħħal rinunzja dwar in‑nuqqas ta’ responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
- Il-logos u t‑trademarks kollha huma esklużi mill‑permess ġenerali msemmi hawn fuq.
Il‑politika tal-użu mill‑ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija bbażata fuq id‑Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE tat‑12 ta’ Diċembru 2011 dwar l‑użu mill‑ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).
Għall-kwistjonijiet kollha marbuta mad‑drittijiet tal-awtur ta’ Il‑Gwida tal-istil interistituzzjonali, ikkuntattja lil:
Publications Office of the European Union (L‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea)
Copyright and Legal Issues Section
20, rue de Reims
L-2417 Luxembourg
LUXEMBOURG
E-mail: op-copyright@publications.europa.eu
Il‑protezzjoni tad-data personali tiegħek
Din l‑istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l‑ipproċessar u l‑protezzjoni tad-data personali tiegħek.
Operazzjoni ta’ proċessar: Is‑sit web tal-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali
Kontrollur tad-Data: l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l‑unità A.1 “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format”
Referenza tar‑rekord: DPR-EC-02106
Werrej
- Introduzzjoni
- Għaliex u kif nipproċessaw id‑data personali tiegħek?
- Fuq liema bażi(jiet) ġuridika/ġuridiċi nipproċessaw id‑data personali tiegħek?
- Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?
- Għal kemm żmien inżommuha d‑data personali tiegħek?
- Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id‑data personali tiegħek?
- Min għandu aċċess għad‑data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
- X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?
- Informazzjoni ta’ kuntatt
- Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar dettaljata
1. Introduzzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il‑Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d‑data personali tiegħek u li tirrispetta l‑privatezza tiegħek. Il‑Kummissjoni tiġbor u tipproċessa aktar id‑data personali skont ir‑Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Ottubru 2018 dwar il‑protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill‑istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il‑moviment liberu ta’ tali data.
Din l‑istqarrija ta’ privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id‑data personali tiegħek, il‑mod kif niġbru u nittrattaw id‑data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il‑protezzjoni tagħha, kif tintuża dik l‑informazzjoni, u xi drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id‑dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d‑drittijiet tiegħek, l‑Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l‑Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
L-informazzjoni relatata mal‑ipproċessar tas‑sit web tal-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali imwettaq mill-unità A.1 “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hi ppreżentata hawn taħt.
2. Għaliex u kif nipproċessaw id‑data personali tiegħek?
Finijiet tal-operazzjoni ta’ proċessar: L‑unità A.1 “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor u tuża l‑informazzjoni personali tiegħek biex twieġeb xi mistoqsija jew kumment li inti tibagħtilha billi tikkuntattja lit-tim tal-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali fuq l‑indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt ipprovduti.
Barra minn hekk, jekk tirreġistra biex tirċievi l‑bullettin tal-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, l‑indirizz elettroniku tiegħek jinħażen għal dan l‑għan.
Id-data personali tiegħek mhix se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati inkluż it‑tfassil ta’ profili.
3. Fuq liema bażi(jiet) ġuridika/ġuridiċi nipproċessaw id‑data personali tiegħek?
Nipproċessaw id‑data personali tiegħek, għaliex:
- l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl‑interess pubbliku jew fl‑eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;
- meta tibgħat il‑messaġġ tiegħek, inti tagħti l‑kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek bil-fini li tingħata tweġiba għall-mistoqsija tiegħek.
Bażi ġuridika addizzjonali:
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni 2009/496/KE, Euratom tas- 26 ta’ Ġunju 2009 dwar l‑organizzazzjoni u l‑funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, speċjalment l‑Artikolu 5(1)(b) tiegħu.
4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?
L-unità A.1 “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor il‑kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
Mistoqsijiet/kummenti mibgħuta mill-utenti:
- l-indirizz elettroniku tiegħek,
- ismek u kunjomok, jekk tindikahom bl‑indirizz elettroniku tiegħek,
- kwalunkwe data personali oħra li jista’ jkun li tipprovdi fil-messaġġ tiegħek.
Abbonament għall-bullettin:
- l-indirizz elettroniku tiegħek.
L-għoti tal-indirizz elettroniku tiegħek biss huwa obbligatorju meta tikkuntattja lit-tim tal-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.
Barra minn hekk, meta tuża l‑paġna tal-Gwida tal-Istil tista’ toħloq profil tal-utent u tissejvja l‑preferenzi tal-wiri tiegħek, li jinħażnu fuq il‑Portal OP (ara wkoll id‑dikjarazzjoni ta’ privatezza tal-Portal OP). Għal dan l‑għan, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jiġbor il‑kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
- l-indirizz elettroniku tiegħek,
- kwalunkwe preferenza oħra li tista’ tissettja (eż. il‑lingwa tal-wiri).
5. Għal kemm żmien inżommuha d‑data personali tiegħek?
L-unità A.1, “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżżomm biss id‑data personali tiegħek sakemm twieġeb il‑mistoqsija tiegħek, jiġifieri għal massimu ta’ 6 xhur. Għall-profil tal-utent tiegħek, id‑data titħassar wara 3 snin ta’ inattività.
6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id‑data personali tiegħek?
Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet applowdjati ta’ data, eċċ.) jinħażnu fuq is‑servers tal-Kummissjoni. L‑operazzjonijiet ta’ proċessar kollha jitwettqu skont id‑Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is‑sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.
Sabiex tipproteġi d‑data personali tiegħek, il‑Kummissjoni daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il‑miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is‑sigurtà online, ir‑riskju ta’ telf tad-data, it‑tibdil tad-data jew l‑aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir‑riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il‑miżuri organizzattivi jinkludu r‑restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l‑operazzjoni ta’ proċessar.
7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-persunal tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l‑operazzjoni ta’ proċessar u lill-persunal awtorizzat skont il‑prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Tali persunal jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn ikun meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.
8. X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?
Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il‑Kapitolu III (l‑Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d‑dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id‑data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l‑ipproċessar tad-data personali tiegħek. Jekk ikun japplika, għandek ukoll id‑dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id‑dritt għall-portabbiltà tad-data.
Inti tajt il‑kunsens tiegħek biex tipprovdi d‑data personali tiegħek lill-unità A.1 “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għal din l‑operazzjoni ta’ pproċessar. Inti tista’ tirtira l‑kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L‑irtirar mhux se jaffettwa l‑legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il‑kunsens.
Inti tista’ teżerċita d‑drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk hemm bżonn, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L‑informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tinsab taħt l‑Intestatura 9 hawn taħt.
Jekk tixtieq teżerċita d‑drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ proċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d‑deskrizzjoni tagħhom fit-talba tiegħek (jiġifieri r‑referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat fl‑Intestatura 10 hawn taħt).
9. Informazzjoni ta’ kuntatt
Il-Kontrollur tad-Data
Jekk tixtieq teżerċita d‑drittijiet tiegħek skont ir‑Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il‑ġbir u l‑użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu/a li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l‑unità A.1, “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format”: info@publications.europa.eu.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni
Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (data-protection-officer@ec.europa.eu) dwar kwistjonijiet marbuta mal‑ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir‑Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Inti għandek id‑dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il‑Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d‑drittijiet tiegħek skont ir‑Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.
10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar dettaljata?
L-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni.
Din l‑operazzjoni ta’ proċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-02106.