Mistoqsijiet frekwenti (FAQs)

Hawn issib it‑tweġibiet għal xi mistoqsijiet frekwenti dwar il‑Gwida tal-Istil Interistituzzjonali u s-sit web tagħha.

Il-Ġwida tal-Istil Interistituzzjonali huwa ktejjeb ta’ riferenza jew ktieb b’regolamenti obbligatorji?

Il-konvenzjonijiet u r‑regoli fil-gwida tal-istil iridu jiġu rrispettati minn kull min huwa involut fil-kreazzjoni ta’ kwalukwe tip ta’ test (kemm verżjoni stampata kif ukoll elettronika) prodotta mill-Istituzzjonijiet Ewropej (istruzzjonijiet mis-Sur de Boissieu, fil-kariga ta’ President tal-Kumitat imwaqqaf b’dan l‑għan fi ħdan il‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet — ara l‑kelmtejn ta’ qabel tal-gwida).

L-informazzjoni fuq l‑ismijiet tal-pajjiżi, il‑lingwi, u l‑valuti hija awtentika?

Fir-realta, Il-Ġwida tal-Istil Interistituzzjonali sar ir‑riferenza uffiċjali għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑korpi u l‑aġenziji tagħha, għal dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ mistoqsijiet dwar pajjiżi, valuti u lingwi. Id‑deċiżjonijiet jittieħdu b’mod partikolari permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni uffiċjali mas-servizzi tat‑terminoloġija tal-Kunsill li huma inkarigati minn din id‑dejta fl‑IATE (u fejn ikun meħtieġ issir konsultazzjoni diretta mas-servizzi kkonċernati). Dan il‑proċess huwa mmemti mill-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet (it‑Taqsima responsabbli mill-koordinament tal-gwida tal-istil).

Jekk tixtieq taqsam xi informazzjoni, tagħmel mistoqsija, tgħaddi rimarka jew suġġeriment nitolbuk tibagħtilna l‑kummenti tiegħek fuq OP-ISG-coordination@publications.europa.eu

Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali teżisti f’formati oħra?

Iva, il‑gwida tal-istil hija disponibbli wkoll f’format PDF fl‑24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn il‑PDFs jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas mill-portal tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE. It-tqassim il‑ġdid se jkun jista’ jgħin lill-qarrejja jidentifikaw il‑kunċetti u jitgħallmu r‑regoli u l‑konvenzjonijiet komuni tal-kitba.Il-gwida tal-istil hija aġġornata regolarment. Biex tara l‑aktar modifiki reċenti, ara l‑paġna tal-aħbarijiet.