Anness A1 – Gwida għall-grafiki għall-emblema Ewropea
Il-gwida grafika tippreżenta l‑istorja tal-bandiera Ewropea, tagħti deskrizzjoni teknika tal-komponenti tagħha u tispjega kif tista’ tintuża.
Il-Kunsill tal-Ewropa • Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Bandiera Ewropea
Din hija l‑bandiera Ewropea. Hija s‑simbolu tal-Unjoni Ewropea imma hi wkoll simbolu tal-għaqda u tal-identità tal-Ewropa f’sens iktar wiesa’. Iċ-ċirku tal-istilel tad-deheb jirrappreżenta s‑solidarjetà u l‑armonijia bejn il‑popli tal-Ewropa.
In-numru tal-istilel ma għandux x’jaqsam man-numru tal-Istati Membri. Hemm 12-il stilla għax in‑numru 12 huwa tradizzjonalment simbolu ta’ perfezzjoni, sħuħija u unità. Għalhekk il‑bandiera ma tinbidilx mat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.
Storja tal-bandiera
Mill-ħolqien tiegħu fl‑1940, il‑Kunsill tal-Ewropa kien konxju tal-bżonn li l‑Ewropa tingħata simbolu li l‑poplu Ewropew seta’ jidentifika ruħu miegħu. Nhar il‑25 ta’ Ottubru 1955, l‑Assemblea Parlamentari għażlet b’unanimità li tadotta ċirku ta’ 12-il stilla tad-deheb fuq sfond ikħal bħala emblema. Fit-8 ta’ Diċembru 1955, il‑Kumitat tal-Ministri adotta din il‑bandiera Ewropea.
L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa esprimiet bosta drabi x‑xewqa li tara lill-organizzazzjonijiet Ewropej l‑oħrajn jadottaw dan is‑simbolu Ewropew sabiex tissaħħaħ il‑komplimentarjetà, is‑solidarjetà u s‑sentiment ta’ għaqda tal-Ewropa demokratika.
Huwa l‑Parlament Ewropew li ħa l‑inizjattiva li juża bandiera għall-Komunità Ewropea. Il-proposta ta’ riżoluzzjoni tressqet għal dan l‑għan fl‑1979, wara l‑ewwel elezzjonijiet tal-Parlament miżmuma b’vot universali dirett. Fir-riżoluzzjoni tiegħu adottata f’April 1983, il‑Parlament Ewropew saħaq li l‑bandiera Ewropea hi dik maħluqa mill-Kunsill tal-Ewropa fl‑1955. F’Ġunju tal-1984, il‑Kunsill Ewropew, waqt il‑laqgħa tiegħu ta’ Fontainebleau, enfasizza l‑bżonn li jitħeġġu l‑identità u l‑immaġini tal-Ewropa maċ-ċittadini u fid-dinja. Għaldaqstant, il‑Kunsill Ewropew approva, waqt il‑laqgħa tiegħu f’Milan f’Ġunju 1985, il‑proposta tal-Kumitat Adonnino li kienet tistipula l‑adozzjoni ta’ bandiera għall-Komunità. Il-Kunsill tal-Ewropa approva l‑użu mill-Komunità Ewropea ta’ bandiera Ewropea li kienet adottata fl‑1955 u l‑istituzzjonijiet komunitarji daħħluha fil-bidu tal-1986.
Kemm il‑Kunsill tal-Ewropa kif ukoll l‑Unjoni Ewropea huma rrappreżentati mill-bandiera u s-simbolu Ewropew. Dan sar is‑simbolu preminenti tal-identità Ewropea u ta’ Ewropa magħquda.
Il-Kunsill tal-Ewropa u l‑istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma kuntenti bl‑interess dejjem akbar li ċ-ċittadini juru għall-bandiera. Il-Kummissjoni Ewropea u l‑Kunsill tal-Ewropa jaraw li jsir użu b’rispett tad-dinjità ta’ dan is‑simbolu u jieħdu, fejn meħtieġ, il‑passi meħtieġa biex jintervenu kontra l‑użi abbużivi tal-emblema Ewropea.
Introduzzjoni
Dan il‑manwal tal-grafika hu maħsub li jgħin lill-utenti jipproduċu l‑emblema Ewropea tajjeb. Jinkludi istruzzjonijiet ta’ kif toħloq l‑emblema u definizzjoni ta’ kuluri standard.
Deskrizzjoni simbolika
Fuq l‑isfond ta’ sema ikħal, 12-il stilla Ewropea jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l‑għaqda tal-popli Ewropej. In‑numru tal-istilel huwa ffissat għal 12, is‑simbolu tal-perfezzjoni u l‑għaqda.
Deskrizzjoni eraldika
Fuq l‑isfond ta’ 12-il stilla tad-deheb li l‑ponot tagħhom ma jmissux.
Deskrizzjoni ġeometrika
L-emblema hi forma ta’ bandiera rettangolari kaħla li tagħha l‑bandiera hi darba u nofs it‑tul tal-issar. 12-il stilla tad-deheb jinsabu f’intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l‑punt ta’ fejn jiltaqgħu d‑dijagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirku hu daqs terz tat‑tul tal-issar. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fiċ-ċirkumferenza ta’ ċirku inviżibbli li r‑raġġ tiegħu hu daqs wieħed minn 18 tat‑tul tal-issar. L‑istilel kollha huma dritti — jiġifieri, b’punt wieħed vertikali u żewġ ponot f’linja dritta b’angoli dritti mal‑arblu. Iċ‑ċirku hu rranġat sabiex l‑istilel jidhru f’pożizzjoni tas-sigħat fuq il‑wiċċ tal-arloġġ. In-numru tagħhom ma jinbidilx.
Regolamenti tal-kuluri
L-emblema għandha dawn il‑kuluri:
Ikħal pantomiku rifless għall-wiċċ tar-rettangolu: isfar pantomiku għall-istilel. L‑iskala pantomika internazzjonali faċli ssibha u aċċessibli wkoll għad-dilettanti.
Proċess b’erba’ kuluri
Jekk il‑proċess ta’ erba’ kuluri jintuża, mhux possibbli li tuża ż-żewġ kuluri standard. Huwa għalhekk neċessarju biex toħloqhom billi tuża l‑proċess ta’ erba’ kuluri. L‑isfar pantomiku jista’ jinkiseb billi tuża 100 % “proċess isfar”. Billi tħallat 100 % “proċess blu fl‑aħdar” u 80 % “proċess maġenta” wieħed jista’ jikseb kulur simili ħafna għall-ikħal pantomiku rifless.
Internet
Ikħal pantomiku rifless jikkorrispondi għall-kulur web-palette RGB:0/51/153 (ħeksadeċimali:003399) isfar pantomiku jikkorrispondi għall-kulur web-palette RGB:255/204/0 (ħeksadeċimali: FFCC00).
Proċess Monokromiku ta’ riproduzzjoni
Jekk l‑iswed biss huwa disponibbli, ħażżeż ir‑rettangolu fuq l‑iswed u stampa l‑istilel fuq l‑iswed u l‑abjad.
Fl-eventwalità li l‑ikħal ikun l‑uniku kulur disponibbli (irid ikun ikħal rifless), uża 100 % bl‑istilel riprodotti fl‑abjad negattiv u l‑isfond 100 % ikħal.
Ipproduċi mill-ġdid fuq sfond ikkulurit
L-emblema hija prodotta għall-preferenza fuq sfond abjad. Evita sfond b’ħafna kuluri, u fi kwalunkwe każ wieħed li ma jmurx mal‑blu. Jekk m’hemmx alternattiva għall-isfond ikkulurit, poġġi burdura bajda mar-rettangolu, b’wisa’ li hu daqs 1/25 tal-għoli tar-rettangolu.
Eżempji ta’ riproduzzjoni ħażina
- L-emblema tkun ta’ taħt fuq.
- L-istilel mhumiex dritti.
- L-istilel huma f’pożizzjoni ħażina fiċ-ċirku: huma jridu jidhru fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il‑wiċċ tal-arloġġ.
Użu minn partijiet terzi
Il-prinċipji tal-użu tal-emblema Ewropea minn partijiet terzi ġew stipulati fi ftehim amministrattiv mal‑Kunsill tal-Ewropa. Dan il‑ftehim ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 271, 8.9.2012, p. 5).
Skont dan il‑Ftehim, kull persuna naturali jew legali (“utent terz”) jista’ juża l‑emblema Ewropea jew kwalunkwe mill-elementi tagħha, sakemm dan l‑użu
- ma joħloqx l‑impressjoni jew l‑assunzjoni li hemm konnessjoni bejn l‑utent terz u xi wieħed mill-istituzzjonijiet, l‑entitajiet, l‑uffiċċji, l‑aġenziji u l‑organi tal-Unjoni Ewropea jew il‑Kunsill tal-Ewropa meta din il‑konnessjoni ma tkunx teżisti;
- ma twassalx lill-pubbliku jaħseb li l‑utent igawdi mill-appoġġ, l‑isponsorizzazzjoni, l‑approvazzjoni jew il‑kunsens ta’ xi wieħed mill-istituzzjonijiet, l‑organi, l‑uffiċċji jew l‑aġenziji tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa fejn dan ma jkunx il‑każ;
- ma jsirx b’konnessjoni ma’ xi għan jew attività li mhux kompatibbli mal‑għanijiet u l‑prinċipji tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa, jew b’xi mod ieħor ikun illegali.
Jekk l‑użu tal-emblema Ewropea jkun jikkonforma mal‑kundizzjonijiet ta’ hawn fuq, m’hemmx bżonn jintalab permess bil-miktub.
Mhijiex aċċettabbli r‑reġistrazzjoni tal-emblema Ewropea, jew imitazzjoni araldika tagħha, bħala marka kummerċjali jew bħala xi dritt ieħor ta’ proprjetà intellettwali.
Dwar mistoqsijiet marbuta mal‑użu tal-emblema Ewropea, ara:
https://europa.eu/european-union/abouteuropa/legal_notices_mt#paragraph_1446
Talbiet minn stati li mhumiex membri tal-UE
Council of Europe
Directorate of Legal Advice and Public International Law (Dlapil)
67075 Strasbourg Cedex
FRANCE
Tel. +33 388412000
Fax +33 388412052
E-mail: legal.advice@coe.int
L-oriġinali ta’ dawn id‑dokumenti jistgħu jitniżżlu minn hawnhekk:
https://european-union.europa.eu/principles-countries-history/symbols/european-flag_mt