9.5.1. L-istituzzjonijiet u l‑korpi

L-istituzzjonijiet u l‑korpi għandhom ikunu elenkati f’ordni protokollari.

L-istituzzjonijiet u l‑korpi għandhom ikunu elenkati f’ordni protokollari.

Il-lista li ġejja tindika t‑titolu uffiċjali u ssegwi l‑ordni protokollari mill-1 ta’ Diċembru 2009 (dħul fis-seħħ tat‑Trattat ta’ Liżbona). Il-lista hija segwita b’tabella li tindika l‑forma tat‑titolu skont it‑tip ta’ pubblikazzjoni kif ukoll it‑taqsira rilevanti u l‑post tas-sede.

(a) L‑istituzzjonijiet

info:
Tliet Kunsilli (Tħallathomx)

Fl-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Ewropew

Il-laqgħat tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern (il‑presidenti jew il‑prim ministri) u tal-president tal-Kummissjoni Ewropea, bi prinċipju jitlaqqgħu erba’ darbiet fis-sena. Dawn il‑laqgħat huma magħrufa wkoll bħala “summits”. Il-Kunsill Ewropew jiffissa l‑linji gwida politiċi ġenerali tal-Unjoni.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-ministri tal-Istati Membri jiltaqgħu regolarment fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Jiddependi mill-materja li jkun hemm fuq l‑aġenda, kull pajjiż ikun rappreżentat mill-ministru responsabbli għal dik il‑materja. Huwa l‑organu ewlieni tal-Unjoni Ewropea li jieħu d‑deċiżjonijiet u jiddetermina ħafna mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Barra l‑Unjoni Ewropea

Il-Kunsill tal-Ewropa

Il-Kunsill tal-Ewropa huwa organizzazzjoni intergovernattiva iżda mhix istituzzjoni tal-UE.

(b) Il-korp tal-politika esterna

(c) Il-korpi konsultattivi

(d) Korpi oħra

L-istituzzjonijiet u l‑korpi — Forom differenti ta’ titoli

Isem sħiħ Isem qasir(1) Taqsira Sede
il-Parlament Ewropew il-Parlament PE Strasburgu(2)
il-Kunsill Ewropew Brussell
il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea il-Kunsill
NB:

Fit-taħdit popolari:

  • F’sens ġeneriku: Il-Kunsill
  • F’sens speċifiku: eż. Kunsill Agrikoltura u Sajd
Brussell
il-Kummissjoni Ewropea il-Kummissjoni Brussell(3)
il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (istituzzjoni) il-Qorti tal-Ġustizzja QĠUE il-Lussemburgu
• il‑Qorti tal-Ġustizzja (istanza) il-Qorti il-Lussemburgu
• il‑Qorti Ġenerali il-Lussemburgu
il-Bank Ċentrali Ewropew BĊE Frankfurt am Main
il-Qorti Ewropea tal-Awdituri(4)

Fil-Ġurnal Uffiċjali: il‑Qorti tal-Awdituri

il-Qorti tal-Awdituri, il‑Qorti QEA il-Lussemburgu
is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna SEAE Brussell
il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-Kumitat KESE(5) Brussell
il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni(6)

Fil-Ġurnal Uffiċjali, is‑serje L: il‑Kumitat tar-Reġjuni

il-Kumitat KtR Brussell
il-Bank Ewropew tal-Investiment BEI il-Lussemburgu
l-Ombudsman Ewropew l-Ombudsman Strasburgu(7)
il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data il-Kontrollur KEPD Brussell
il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data il-Bord EDPB Brussell
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew UPPE il-Lussemburgu
iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà Bucharest
(1)

Il-forma mqassra għandha tintuża biss jekk m’hemm l‑ebda possibbiltà ta’ konfużjoni (notevolment bejn “Qorti” u “Kumitat”). L‑espressjoni sħiħa għandha dejjem tintuża l‑ewwel darba li tissemma.

(2)

Is-sede tal-Parlament hi fi Strasburgu. Sessjonijiet addizzjonali jinżammu fi Brussell. Is‑Segretarjat jinsab fil-Lussemburgu.

(3)

Il-Kummissjoni għandha s‑sede tagħha fi Brussell, iżda għandha xi servizzi bbażati fil-Lussemburgu.

(4)

“Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri” huwa t‑titolu fl‑użu ġenerali. Madankollu, it‑titolu uffiċjali li jintuża f’testi purament legali jibqa’ “Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea” (sat-30.11.2009: “Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej”), anke jekk rarament jinstab fit-testi. Il-forma l‑qasira “Il-Qorti tal-Awdituri” tintuża fil-Ġurnal Uffiċjali.

(5)

Tużax il‑forma l‑qasira “Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali” jew it‑taqsira “KES”.

(6)

“Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni” huwa l‑isem użat b’mod ġenerali. F’testi purament ġuridiċi u fil‑Ġurnal Uffiċjali, is‑serje L, uża d‑denominazzjoni uffiċjali “Il-Kumitat tar-Reġjuni”. It-taqsira użata ma għandhiex tinbidel (kif mitlub mill-Kumitat).

(7)

Is-sede tal-Ombudsman hija dik tal-Parlament Ewropew.