9.4. Il-kwotazzjoni ta’ xogħlijiet u referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali
Il-kwotazzjonijiet ta’ xogħlijiet fil-bibljografija għandhom kollha jinkludu l‑komponenti fl‑istess ordni u jkollhom l‑istess preżentazzjoni, li hija identika fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha.
Kwotazzjoni ta’ xogħlijiet
Il-kwotazzjonijiet ta’ xogħlijiet fil-bibljografija għandhom kollha jinkludu l‑komponenti fl‑istess ordni u jkollhom l‑istess preżentazzjoni, li hija identika fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha.
Għal regoli ddettaljati, jekk jogħġbok ara t‑Taqsima 5.9.4.
Referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali
Ara wkoll it‑Taqsima 3.1.
Fil-pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja barra testi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, tintuża wkoll il‑forma li ġejja:
ĠU L, 2023/2387
ĠU C, C/2023/90
Għal referenzi qabel l‑introduzzjoni tal-pubblikazzjoni att b’att tal-Ġurnal Uffiċjali fl‑1 ta’ Ottubru 2023, jintużaw il‑forom li ġejjin:
Sal-31 ta’ Diċembru 1967:
ĠU 1963 190, p. 3077
Mill-1 ta’ Jannar 1968 sat-30 ta’ Settembru 2023:
ĠU 2009 L 195, p. 1
ĠU 2010 C 48, p. 14