9.2. L-indirizzi elettroniċi

L-indirizzi elettroniċi huma introdotti bit-terminu “Email” jew “Internet”, segwit minn żewġ punti.

Informazzjoni dwar l‑indirizzi elettroniċi għandha tingħata kif indikat hawn taħt:

  • “Email:” (uża ż-żewġ punti):

    Email: isem.kunjom@ec.europa.eu

  • “Internet:” (uża ż-żewġ punti):

    Internet: https://europa.eu

Għal raġunijiet ta’ armonizzazzjoni, it‑taqsira URL ma għadhiex tintuża fl‑introduzzjoni ta’ indirizz elettroniku.

Aħna nistgħu nindikaw l‑indirizzi elettroniċi mingħajr it‑terminu introduttorju, b’mod partikolari jekk l‑ispazju huwa limitat:

isem.kunjom@ec.europa.eu

https://www.europarl.europa.eu

NB:

Għal indirizzi tal-Internet huwa preferit li jinżamm il‑protokoll tat‑trasferiment (http://, https://, ftp://, eċċ.), b’mod partikolari biex tiġi żgurata l‑konfigurazzjoni korretta ta’ links meta jitniżżlu paġni mill-Internet.