9.1.2. L-indirizzi f’dokumenti monolingwi

Għal testi unilingwi, regoli u rakkomandazzjonijiet differenti japplikaw għall-posta indirizzata lil pajjiżi li jużaw l‑alfabett Ruman, għal pajjiżi mhux tal-UE li ma jużawx l‑alfabett Ruman u għal Stati Membri li jużaw l‑alfabett Ċirilliku jew Grieg.

tip:

Jekk l‑indirizzi huma ppreżentati b’tali mod li tintuża l‑istess struttura fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ta’ pubblikazzjoni (pereżempju, f’tabella li fiha lista ta’ indirizzi li jidhru fl‑istess faċċata fil-verżjonijiet kollha), aħna nużaw ir‑regoli għal xogħlijiet multilingwi (ara t‑Taqsima 9.1.3).

Posta ddestinata għal pajjiż li juża alfabett Ruman

F’xogħlijiet monolingwi tal-istituzzjonijiet, il‑korpi u l‑aġenziji tal-Unjoni Ewropea, l‑indirizzi huma ta’ sikwit miktuba fil-lingwa tal-pajjiż li qed jippubblika/jibgħat. Dan hu l‑każ b’mod partikolari għall-ismijiet ta’ bliet u pajjiżi:

Il-Kummissjoni Ewropea
Ir-Rappreżentazzjoni fil-Portugall
Iċ-Ċentru Jean Monnet
1069-068 Liżbona
IL-PORTUGALL

Madankollu, l‑informazzjoni li tippreċiedi l‑ismijiet tal-belt u tal-pajjiż tista’ tiġi ppreżentata wkoll fil-lingwa tal-pajjiż ta’ destinazzjoni; għandha tingħata preferenza lil dik il‑preżentazzjoni minħabba li huwa iżjed ċar għas-servizzi postali tal-pajjiż destinarju:

Comissão Europeia
Representação em Portugal
Largo Jean Monnet
1069-068 Liżbona
IL-PORTUGALL

Bil-ħsieb li jiġu evitati problemi waqt it‑tranżitu f’pajjiż intermedjarju, huwa rrakkomandat li jiżdied l‑isem tal-pajjiż ta’ destinazzjoni (u possibbilment il‑belt) f’lingwa li hija magħrufa internazzjonalment. Pereżempju, fil-każ ta’ oġġett mibgħut mill-Polonja għall-Ġermanja:

Herrn E. Muller
Goethestr. 13
22767 Hamburg
NIEMCY/GERMANY

F’xogħlijiet Bulgari u Griegi, l‑indirizzi jinkitbu b’karattri Rumani, jekk possibbli fil-lingwa tal-pajjiż ta’ destinazzjoni, inkella bl‑Ingliż.

Posta ddestinata għal pajjiż li mhux membru li ma jużax alfabett Ruman

Għal posta ddestinata għal pajjiż terz li mhux membru li ma jużax alfabett Ruman (iċ-Ċina, il‑Ġappun, l‑Arabja Sawdija, eċċ.) l‑indirizz, b’mod partikolari l‑isem tal-pajjiż, jinkiteb f’lingwa li hija magħrufa internazzjonalment (ta’ sikwit l‑Ingliż); il‑parti tal-indirizz li tikkonċerna t‑triq tista’ tinkiteb billi tintuża traslitterazzjoni sempliċi bir-Ruman:

European Commission
Representation in Beijing
15 Dong Zhi Men Wai Daije, Sanlitun
100600 Beijing
CHINA

Posta ddestinata għal Stat Membru tal-UE li ma jużax alfabett Ruman (il‑Bulgarija, il‑Greċja u Ċipru)

F’xogħlijiet Maltin, l‑indirizzi għal posta ddestinata għall-Bulgarija, għall-Greċja u għal Ċipru jinkitbu f’karattri Rumani (bi traslitterazzjoni jekk neċessarju, pereżempju, tal-isem tat‑triq).

Il-Kummissjoni Ewropea
Ir-Rappreżentazzjoni fil-Bulgarija
Moskovska 9
1000 Sofija
BULGARIJA

Il-Kummissjoni Ewropea
Ir-Rappreżentazzjoni fil-Greċja
Vassilissis Sofias 2
106 74 Ateni
GREĊJA

Il-Kummissjoni Ewropea
Ir-Rappreżentazzjon f’Ċipru
Iris Tower, 8th Floor
Agapinoros 2
CY-1076 Nikosija
ĊIPRU

F’xogħlijiet Bulgari u Griegi, l‑ismijiet tal-belt u tal-pajjiż għandhom jiżdiedu f’karattri Rumani (bl-Ingliż).

Европейска комисия
Представителство
в България
ул. „Московска“ № 9
1000 София/Sofia
БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Ευρωπαϊκή Επιτροπή
Αντιπροσωπεία
στην Ελλάδα
Βασιλίσσης Σοφίας 2
106 74 Αθήνα/Athens
ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Ευρωπαϊκή Επιτροπή
Αντιπροσωπεία
στην Κύπρο
Iris Tower, 8ος όροφος
Αγαπήνωρος 2
CY-1076 Λευκωσία/Nicosia
ΚΥΠΡΟΣ/CYPRUS

Il-każ partikolari tar-Reġjun Kapitali ta’ Brussell

Fit-testi tal-istituzzjonijiet, il‑korpi u l‑aġenżiji tal-Unjoni Ewropea, il‑kitba tal-indirizzi tal-posta ddestinata għar-Reġjun Kapitali ta’ Brussell bilingwi għandha ssegwi r‑regoli li ġejjin.

Kitbiet monolingwi bil-Franċiż jew bl‑Olandiż

Il-Franċiż
(indirizzi bil-FR biss)

Conseil de l’Union européenne
Rue de la Loi 175
1048 Bruxelles
BELGIQUE

L-Olandiż
(indirizzi bl‑NL biss)

Raad van de Europese Unie
Wetstraat 175
1048 Brussel
BELGIË

Kitbiet uniligwi f’lingwa oħra tal-Unjoni Ewropea

L-ewwel parti tal-indirizz tista’ tinkiteb jew fil-format bilingwi jew f’lingwa waħda, preferebbilment f’lingwa rikonoxxuta internazzjonalment. Madankollu, l‑ismijiet tat‑triq, il‑belt u l‑pajjiż għandhom jinkitbu fil-format bilingwi:

Conseil de l’Union européenne/
Raad van de Europese Unie
Rue de la Loi/Wetstraat 175
1048 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIË

Council of the European Union
Rue de la Loi/Wetstraat 175
1048 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIË

Indirizzi f’pajjiżi li jitkellmu bil-Franċiż

Fil-Belġju, fi Franza u fil‑Lussemburgu, il‑preżentazzjoni tal-isem u n-numru tat‑triq issegwi prinċipji differenti li jridu jiġu rrispettati.

IL-BELĠJU
Rue de la Source 200

L-isem tat‑triq segwit min-numru (mingħajr virgola)

FRANZA 24
rue de l’Allée-au-Bois

In-numru segwit mill-isem tat‑triq (mingħajr virgola)

IL-LUSSEMBURGU
2, rue Mercier

In-numru segwit mill-isem tat‑triq (b’virgola)