8.1. Referenzi għan-noti ta’ qiegħ il‑paġna
Ir‑referenzi għan‑noti f’qiegħ il‑paġna jistgħu jidhru bħala ċifri, asteriski u ittri, u huma identiċi fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha.
Ir‑referenzi għan‑noti ta’ qiegħ il‑paġna għandhom jidhru b’mod identiku fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha; jistgħu jidhru f’dawn il‑forom:
Iċ‑ċifra b’tipa sopraskritta bejn il‑parentesi (il‑parentesi mhux b’tipa sopraskritta), preċeduta minn spazju fiss u segwita bi kwalunkwe sinjal tal-punteġġjatura:
Referenzi għar‑Regolament tal-Kunsill(1) jidhru wkoll fil-komunikazzjoni tal-Kunsill(2); iżda mhux fit‑test tal-Qorti tal-Ġustizzja(3).
Għad‑dettalji kollha, ara l‑istudju estern tal-kuntrattur (“l‑istudju”)(3).
Fil‑konsultazzjoni pubblika, ħafna partijiet ikkonċernati ddeskrivew l‑approċċ bħala “kumpless b’mod eċċessiv”(3).
Asterisk bejn il‑parentesi, preċedut bi spazju fiss u segwit bi kwalunkwe punteġġatura; dan is‑sinjal hu applikat f’nota li tidher f’dokument aktar minn darba u li dejjem għandha l‑istess tifsira:
NB:F’atti emendatorj fil-Ġurnal Uffiċjali jintużaw asterisks biex jindikaw in‑noti ta’ qiegħ il‑paġna fit‑test li qed jiġi emendat. Dawn in‑noti ta’ qiegħ il‑paġna jkollhom l‑istess daqs tat‑tipa bħat‑test, u jitpoġġew taħt it‑test emendat.
Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
il‑punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a)għall‑ikel elenkat fl‑Annessi I u II minħabba riskju possibbli ta’ kontaminazzjoni bil-mikotossini, inklużi l‑aflatossini, il‑kampjunar u l‑analiżijiet għandhom jitwettqu f’konformità mar‑Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2782 (*);
(*)Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2782 tal-14 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi l‑metodi ta’ kampjunar u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ mikotossini fl‑ikel u li jħassar ir‑Regolament (KE) Nru 401/2006 (ĠU L, 2023/2782, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2782/oj).”;
- il-punt (d) jitħassar;
B’eċċezzjoni, ittra b’tipa sopraskritta żgħira tista’ tintuża f’tabelli b’ċifri b’tipa verament żgħira sabiex ikunu evitati l‑iżbalji u l‑konfużjoni:
Numru tal-kodiċi Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l‑M RLs(a) Fenbukonażol (is-somma tal-enantjomeri kostitwenti) Penkonażol (is-somma tal-isomeri kostitwenti) (F) (1)
(2)
(3)
(4)
0100000
FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS‑SIĠAR
(a)Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l‑MRLs, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I.
Ir‑referenza għal nota ta’ qiegħ il‑paġna (inklużi l‑parentesi) tinkiteb dejjem bit‑tipa Rumana (anke f’testi jew titoli miktubin bil-korsiv jew b’tipa grassa).
Meta referenza għal nota ta’ qiegħ il‑paġna tidher f’tabella, in‑nota għandha tkun parti mit‑tabella u konsegwentement tidher fil-kwadru tat‑tabella.
In‑noti ta’ qiegħ il‑paġna u r‑referenzi tagħhom: tħejjija tat‑test/struzzjonijiet għall-ittajpjar:
ara t‑Taqsima 4.2.3.