7.2.2. L-elenkar tal-lingwi fit-test (testi unilingwi)

Fit-test, il‑lingwi jiġu dejjem elenkati f’ordni alfabetiku skont il‑lingwa tal-pubblikazzjoni, u għalhekk l‑ordni jvarja skont il‑verżjoni lingwistika.

Fit-test, l‑ordni tal-elenkar tal-lingwi jvarja skont il‑verżjoni lingwistika. Fil-pubblikazzjonijiet bil-Malti, il‑lingwi għandhom jidhru fl‑ordni alfabetiku bil-Malti: il‑Bulgaru, iċ-Ċek, id‑Daniż, l‑Estonjan, il‑Finlandiż, il‑Franċiż, il‑Ġermaniż, il‑Grieg, l‑Ingliż, l‑Irlandiż1, , il‑Kroat, il‑Latvjan, il‑Litwan, il‑Malti, l‑Olandiż, il‑Pollakk, il‑Portugiż, ir‑Rumen, is‑Slovakk, is‑Sloven, l‑Ispanjol, it‑Taljan, l‑Ungeriż u l‑Iżvediż.

Meta ftehim jinkiteb b’lingwa ta’ pajjiż kontraenti mhux tal-Unjoni, il‑lingwi tal-Unjoni jiġu qabel il‑lingwa msemmija hawn fuq għal raġunijiet ta’ protokoll:

Dan il‑ftehim inkiteb bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl‑Ingliż, bil-Malti, bit-Taljan u bl-Għarbi.

1

Tużax il‑kelma “Gaeliku”, iż-żewġ termini mhumiex sinonimi. Ara l‑kaxxa, Taqsima 7.2.4.