6.3. Is-sinjali tal-qari tal-provi
L-ewwel prova titqabbel mal‑manuskritt u kwalunkwe korrezzjonijiet meħtieġa huma indikati bis-sinjali tal-qari tal-provi.
It-typesetter jibgħat l‑ewwel prova lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet sabiex il‑kwalità tad-dokument tkun iċċekkjata. Dan ma jgħoddx għax-xogħlijiet camera-ready għaliex ma jinvolvix typesetting.
Il-qarrejja tal-provi jqabblu l‑prova mal‑manuskritt u jużaw sinjali konvenzjonali tal-qari tal-provi (ara hawn taħt) biex jindikaw kwalunkwe korrezzjonijiet neċessarji. Dawn il‑korrezzjonijiet huma indikati b’mod ċar fit-test u fil‑ġenb tal-prova. Wieħed għandu jifhem li t‑typesetter jista’ ma jifhimx il‑lingwa li biha jinkiteb id‑dokument.