6.1. Il-qari tal-manuskritt

Il-qarrejja tal-provi fl‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaqraw il‑manuskritt kollu biex ikollhom stampa ġenerali tax-xogħol u jinnotifikaw lis-servizzi tal-awtur f’każ ta’ problemi.

Il-preżentazzjoni tal-manuskritt li jasal mis-servizz tal-awtur kienet diskussa fit-Taqsima 4.2.

Il-qarrejja tal-provi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaqraw il‑manuskritt kollu u jippreparawh għat-typesetting.

Il-qarrejja tal-provi għandhom jagħtu ħarsa sħiħa lix-xogħol. L‑għan hu li jifhmu l‑istruttura tat‑test sabiex japplikaw ir‑regoli stabbiliti f’din il‑Gwida tal-Istil. Ta’ spiss huma obbligati li jaħdmu fuq taqsimiet jew paġni individwali, li tfisser li jitilfu l‑fil tas-sustanza tas-suġġett.

Kwalunkwe problemi li jinqalgħu matul il‑preparazzjoni tal-manuskritt jiġu notifikati lis-servizz tal-awturi.

(Ara wkoll it‑Taqsimiet 4.1.24.1.3).