5.9. Ir-referenzi

Ir-referenza hija mod preċiż kif tista’ ssib kwotazzjoni, li jissemma xogħol jew parti minn xogħol fir-rigward tas-suġġett li qed jiġi ttrattat jew li twassal għalih, kemm jekk tkun fit-test innifsu jew fin-noti ta’ qiegħ il‑paġna.

Ir-referenza hija mod preċiż kif tista’ ssib kwotazzjoni, li jissemma xogħol jew parti minn xogħol fir-rigward tas-suġġett li qed jiġi ttrattat jew li twassal għalih, kemm jekk tkun fit-test innifsu jew fin-noti ta’ qiegħ il‑paġna. Għandha tiġi rispettata l‑forma ta’ numerazzjoni oriġinali tar-Regolament, id‑Direttiva, l‑Artikoli tat‑Trattati, il‑kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja, eċċ. Għandha tiġi segwita wkoll it‑traskrizzjoni eżatta tat‑titoli f’każ ta’ kwotazzjoni ta’ dawn.

Meta jkunu integrati fit-test prinċipali, ir‑referenzi jridu jkunu qosra u preferibbilment magħluqa f’parentesijiet.