5.5.5. Indiċi

L-indiċi huwa lista dettaljata ta’ suġġetti,persuni, postijiet, avvenimenti, eċċ., li jispeċifika l‑pożizzjoni tagħhom fit-test.

L-indiċijiet huma listi dettaljati li jikklassifikaw, kif spjegat hawn taħt, is‑suġġetti meqjusa bħala importanti (kunjomijiet tal-persuni, ismijiet tal-postijiet, avvenimenti, kliem importanti, eċċ.) u li jispeċifikaw il‑pożizzjoni tagħhom fil-pubblikazzjoni.

L-indiċijiet jistgħu jiġu stabbiliti skont kriterji differenti: b’mod alfabetiku, sistematiku, kronoloġiku, numerat, eċċ.

Spiss ikun hemm bosta sistemi ta’ klassifikazzjoni soġġetti għal xulxin fl‑istess indiċi.

Huwa possibbli li jsiru indiċijiet speċjalizzati (indiċi tal-awturi, tal-ismijiet ġeografiċi, eċċ.) jew li din l‑informazzjoni kollha tinġabar f’indiċi ġenerali.

Preżentazzjoni tal-indiċi

Fil-proċess ta’ produzzjoni, fil-każijiet fejn sar it‑tqassim tal-paġni ta’ xogħol, huwa s‑servizz tal-awtur li jkollu d‑dmir li jlesti u jivverifika l‑indiċi (pereżempju, l‑awtur ilesti l‑impaġnar f’indiċi li jagħmel referenza għan-numri tal-paġni).

Jekk l‑indiċi ta’ xogħol jidher fil-forma ta’ faxxiklu separat, it‑titolu tiegħu jrid jindika l‑awtur, it‑titolu, il‑post u d-data tal-pubblikazzjoni indiċjata, hekk kif jidhru fuq il‑paġna tat‑titolu.

It-titolu tal-indiċi ta’ perjodiku jew ta’ pubblikazzjoni f’serje, jirriproduċi t‑titolu sħiħ, in‑numru tal-volum u l‑perjodu kopert mill-indiċi.

Fil-każ tal-perjodiċi, huwa rakkomandat li jiżdiedu l‑indiċijiet kumulattivi għall-indiċijiet tal-volumi. Għalhekk ir‑referenzi jridu jinkludu s‑sena u n-numru tal-volum.

Jekk kull faxxilku ta’ volum jiġi impaġnat b’mod separat, in‑numru tal-faxxiklu jew id‑data tiegħu, iridu jitniżżlu fir-referenza.

L-intestaturi kurrenti jridu jidhru fuq in‑naħa ta’ quddiem u fuq in‑naħa ta’ wara ta’ kull paġna u jridu jsemmu, rispettivament, it‑titolu tax-xogħol u n-natura tal-indiċi, ħlief f’każijiet partikolari. F’każ ta’ indiċi voluminuż, huwa rakkomandat li jiġu indikati l‑inizjali tal-ewwel u l‑aħħar kelma, jew il‑kelmiet innifishom, fir-rokna esterna ta’ fuq ta’ kull paġna.

Jekk l‑indiċi jitqiegħed fil-bidu tal-pubblikazzjoni, l‑impaġnar tiegħu jrid ikun distint minn dak tat‑test.

L-indiċijiet tal-perjodiċi jew ta’ pubblikazzjonijiet oħrajn f’serje, iridu jiġu ppubblikati volum b’volum u, jekk jista’ jkun fil-frekwenza, ta’ darba fis-sena. Bl-istess mod, l‑indiċijiet kumulattivi huma ppubblikati f’intervalli regolari.