5.5.3. Il-werrej

Il-werrej (intitolat “Werrej”) huwa tabella magħmula mill-intestaturi kelma b’kelma li jiffurmaw parti mit-taqsimiet tal-pubblikazzjoni.

Il-werrej (intitolat “Werrej”) huwa tabella magħmula mill-intestaturi kelma b’kelma li jiffurmaw parti mit-taqsimiet tal-pubblikazzjoni. Huwa magħmul minn lista tat‑titoli eżatti, estratti tat‑test ta’ kull subdiviżjoni tax-xogħol. Ma’ kull titolu, ġeneralment konness permezz ta’ punti gwida, jidher in‑numru tal-paġna jew il‑bidu tal-parti rilevanti.

Il-werrej ġenerali jista’ jkun akkumpanjat minn werrej sussidjarju għal kull taqsima; il‑livell ta’ dettall għal kull wieħed huwa adattat skont kif jixraq.

Il-werrej jista’ jiġi akkumpanjat minn tabella tal-illustrazzjonijiet u ta’ lista ta’ tabelli u graffs.