5.3.1. Komponenti

Il-komponenti tal-verso tal-paġna tat‑titolu dejjem jinkludu l‑post tal-pubblikazzjoni, l‑isem tal-pubblikatur, is‑sena tal-pubblikazzjoni, id‑dettalji tad-drittijiet tal-awtur u l‑identifikaturi.

tip:

Ara wkoll il‑A quick reference guide.

Fuq il‑wara tal-paġna tat‑titolu jinsabu, f’dan l‑ordni, l‑elementi li ġejjin:

  • f’pubblikazzjoni stampata, il‑kliem “Printed by [Stampatur] in [Pajjiż]” (bl-Ingliż u bil‑korsiv) u, jekk applikabbli, l‑ekotikketta/i u/jew nota dwar il‑prodott tal-karta stampata (ara t‑Taqsima 5.3.2),
  • jekk xieraq, il‑kliem “Il-manuskritt tlesta f’[xahar] [sena]”,
  • jekk xieraq, il‑kliem “Edizzjoni riveduta”, “Edizzjoni rettifikata” jew “[L-ewwel/It-tieni/n.] edizzjoni”,
  • jekk xieraq, riżervi eventwali fir-rigward tar-responsabbiltà tal-istituzzjoni (ara t‑Taqsima 5.4.4),
  • il-post tal-pubblikazzjoni (kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet), l‑isem tal-pubblikatur u s-sena tal-pubblikazzjoni (skont id‑Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tas-26 ta’ Ġunju 2009, il‑pubblikatur huwa l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea),
  • id-dettalji dwar id‑drittijiet tal-awtur (b’xi spjegazzjoni/awtorizzazzjoni għar-riproduzzjoni) (ara wkoll t‑Taqsimiet 5.4.15.4.2),
  • jekk xieraq, id‑drittijiet tal-awtur tal-illustrazzjonijiet jekk mhumiex inklużi biswithom (ara t‑Taqsima 5.4.3),
  • l-identifikaturi (ISBN, DOI…) (ara wkoll it‑Taqsima 4.4).
NB:

Is-sena tal-pubblikazzjoni titqiegħed wara l‑isem tal-pubblikatur sabiex issir distinzjoni ċara mis-sena tad-drittijiet tal-awtur (ara t‑Taqsima 5.4.1).

Il-wara tal-paġna tat‑titolu

Il-wara tal-paġna tat‑titolu

1. Informazzjoni dwar il‑prodott tal-karta stampata

2. Informazzjoni dwar il‑manuskritt jew l‑edizzjoni

3. Nota legali tas-servizz tal-awturi

4. Il-post, il‑pubblikatur u s-sena ta’ pubblikazzjoni

5. Id‑drittijiet tal-awtur

6. Identifikaturi