5.2. Paġna tat‑titolu
Il-paġna tat‑titlu fiha l‑editur, it‑titolu tax-xogħol, in‑numru tal-edizzjoni u/jew is‑sena, is‑sede tal-editur, l‑isem tal-awtur u, jekk applikabbli, in‑numru tal-volum jew it‑titolu tal-kollezzjoni.
Il-paġna tat‑titolu jkollha:
- l-editur (ara t‑Taqsima 4.4.1),
- it-titolu u, jekk applikabbli, is‑sottotitolu tax-xogħol (ara t‑Taqsima 5.1.1),
- in-numru tal-edizzjoni (edizzjoni ġdida jew stampar mill-ġdid) u/jew is‑sena,
- il-post ta’ oriġini tal-editur (għandu jiġi indikat għal kull pubblikatur skont l‑informazzjoni tat‑trattat u l‑protokolli rispettivi),
- isem l‑awtur (ara t‑Taqsima 5.1.1),
NB:
It-titolu ta’ direttorat ġenerali jista’ jidher fuq il‑paġna tat‑titolu, iżda qatt ma għandu jidher fuq il‑paġna I tal-qoxra.
- in-numru tal-volum, għal pubblikazzjoni li jkun fiha iktar minn volum wieħed (ara t‑Taqsima 5.1.1),
- it-titolu tal-ġabra jew tas-serje kif ukoll in‑numru serjali tax-xogħol, skont il‑każ.
Edizzjoni ġdida jew stampar mill-ġdid
Pubblikazzjoni li jsirlha tibdil importanti tat‑test jew tat‑tipografija, għandha tkun ippubblikata f’edizzjoni ġdida (bl-indikazzjoni tan-numru tal-edizzjoni).
Jekk ma jkun hemm involut xejn ħlief stampar mill-ġdid, jistgħu jiġu indikati d‑dati differenti tal-istampar mill-ġdid.
Paġna tat‑titolu
1. Editur
2. Titolu tax-xogħol (is-sena jew il‑perjodu kopert irid jagħmel parti mit-titolu ta’ rapport annwali jew ta’ studju dwar dik is‑sena jew dak il‑perjodu)
3. Post tal-oriġini tal-editur