5.12. It-tabelli
It-tabelli jservu biex juru jew jispjegaw it‑test b’iktar ’dettall.
It-tabella sservi biex turi jew tispjega t‑test b’iktar jew b’inqas dettalji. Għalhekk huwa importanti li tiġi ppreżentata b’mod sempliċi kif ukoll ċar kemm jista’ jkun.
L-intestaturi tal-kolonni tat‑tabella kif ukoll in‑nomenklaturi ma jridx ikollhom abbrevjazzjonijiet; barra minn dan, għandu jiġi evitat li l‑kliem jinkiteb kollu b’ittri kapitali.
Għall-ispjegazzjonijiet ulterjuri kollha li jidhru fil-qiegħ tat‑tabella u li mhumiex noti, huwa rakkomandat li tintuża n‑NB:
NB: m.d. = mhux determinat.
Ix-xogħlijiet jew it‑tabelli multilingwi
Fil-każ ta’ xogħol multilingwi, il‑verżjonijiet lingwistiċi differenti jridu jsegwu l‑ordni alfabetiku komuni tal-ismijiet ta’ oriġini tal-lingwi, stabbiliti fuq l‑ortografija oriġinali tagħhom (ara t‑Taqsima 7.2.1).