5.11. Il-materjal artistiku (l‑illustrazzjonijiet)

Jintużaw ritratti, tpinġijiet, dijagrammi u grafiċi biex jillustraw pubblikazzjoni.

Ir-ritratti, l‑istampi, id‑dijagrammi u l‑graffs

L-oriġinali ta’ ritratti bla kulur iridu jkunu ta’ kwalità tajba u b’kuntrast tajjeb, preferibbilment fuq karta bajda tleqq, bl‑iskop ta’ riproduzzjoni fidila tal-half-tones (slide, emistikju, eċċ.). Id‑dokumenti jridu jitqiegħdu kif suppost u ma jintwewx.

Id-dokumenti fornuti f’forma elettronika jew maħsuba biex jiġu skennjati jridu jkunu ta’ kwalità għolja, preferibbilment fil-format finali tal-immaġini. Għall-Internet, il‑fajls jistgħu jiġu kkompressati, iżda jridu jkunu kkompressati fi kwalità għolja.

Il-captions

Il-captions ma jridux ixekklu l‑illustrazzjonijiet li qegħdin jakkumpanjaw, iżda għandhom jispjegawhom b’mod ċar. Test qasir u preċiż huwa dejjem preferibbli.

L-użu tal-kuluri

L-użu tal-kuluri f’illustrazzjoni ta’ xogħol irid ikun adattat għall-kontenut tiegħu u għall-preżentazzjoni tiegħu kollha kemm hi. Barra minn hekk, l‑għadd ta’ kuluri użati għandu influwenza diretta fuq il‑kumplessità tal-produzzjoni u fuq l‑ispiża finali.

Pereżempju, l‑istampar tar-ritratti bil-kulur jirrikjedi l‑użu ta’ karta adattata (karta miksija), li minħabba li jkollha wiċċ lixx u kumpatt tippermetti riproduzzjoni perfetta tal-isfumaturi tal-kulur.

Min-naħa l‑oħra, l‑islides bl‑outline (graffs, dijagrammi, eċċ.), jippermettu kompożizzjoni aktar sempliċi. F’dan il‑każ, għall-istampar, tista’ tintuża karta inqas għalja (karta rraffinata, illixxata).