5.1.1. Komponenti tal-qoxra
Kull waħda mill-erba’ paġni tal-qoxra għandha komponenti distintivi.
Ara wkoll il‑A quick reference guide.
Kull waħda mill-erba’ paġni tal-qoxra għandha komponenti distintivi.
Il-paġna I jkollha l‑isem u l‑emblema tal-editur, it‑titolu tax-xogħol u, fejn xieraq, is‑sottotitolu u l‑isem tal-awtur (speċjalment fil-każ tal-kopubblikazzjonijiet); jistgħu jidhru wkoll in‑numru tal-volum, għal xogħol li fih aktar volumi, u t‑titolu tal-ġabra jew tas-serje kif ukoll in‑numru tal-ordni tax-xogħol:
- it-titolu tax-xogħol: irid ikun qasir, li jolqtok u sinifikanti. Meta jkun rapport annwali jew studju dwar perjodu speċifiku, l‑indikazzjoni tas-sena jew tal-perjodu hija parti essenzjali tat‑titolu jew tas-sottotitolu,
- is-sottotitolu: f’massa iċken minn dik tat‑titolu, hu jikkompletah,
- l-emblema tal-editur: ma għandhiex tidher ħlief fuq il‑paġna I tal-qoxra,
- l-isem tal-awtur: jekk jidher fuq il‑qoxra ta’ barra, xorta jrid jidher fuq il‑paġna tat‑titolu,
NB:
It-titolu ta’ direttorat ġenerali ta’ istituzzjoni jew ta’ korp fl‑ebda każ ma għandu jissemma fil-paġna I tal-qoxra, ħlief għall-Eurostat u l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Madankollu, jista’ jiddaħħal fil-paġna tat‑titolu.
- in-numru tal-volum: jekk hemm iżjed minn volum wieħed, huwa preferibbli li jiġu nnumerati f’ċifri Rumani.
Ġeneralment, il‑paġna II titħalla vojta.
Il-paġna III jkollha avviż pubbliċitarju.
Il-paġna IV jkollha l‑prezz tal-bejgħ (jekk xieraq), il‑logo tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, l‑ISBN (in‑numru internazzjonali ta’ standardizzazzjoni tal-kotba) u n-numru tal-katalogu:
- Il-prezz tal-bejgħ: il‑prezz ta’ bażi ta’ kull pubblikazzjoni huwa stipulat f’euro. Il‑prezzijiet kollha stampati fuq il‑qoxra tal-pubblikazzjonijiet u fil-katalogi jiġu ppreżentati hekk:
Prezz fil-Lussemburgu (VAT eskluża): EUR …
- L-emblema tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: l‑emblema tinsab fil-qiegħ tal-paġna IV tal-qoxra. L‑isem “L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea” jidher f’waħda mil-lingwi tal-UE għall-verżjonijiet b’lingwa waħda u diversi lingwi għall-verżjonijiet multilingwi.
Standards speċifiċi tal-pubblikazzjonijiet perjodiċi jew serjali
F’pubblikazzjoni serjali, l‑ISSN (numru internazzjonali standardizzat tal-pubblikazzjonijiet f’serje) jiżdied mal‑elementi ppreżentati hawn fuq. Jiġi stampat fir-rokna ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-paġna I.
Ċerti pubblikazzjonijiet perjodiċi jiġu bla qoxra. Il-paġna I jkun fiha b’mod addizzjonali n‑numru u s-sena tal-pubblikazzjoni. F’uħud mill-każijiet, il‑paġni II u III jintużaw għall-preżentazzjoni tat‑taqsira. Huwa preferibbli li s‑sena tal-pubblikazzjoni tikkorrispondi mas-sena kalendarja.
Fil-paġna IV jidhru l‑prezz (prezz tal-abbonament u l‑prezz għal kull ħarġa), in‑numru tal-katalogu kif ukoll il‑logo tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoniijiet.
Paġna I tal-qoxra
1. ISSN
2. Titolu tax-xogħol
3. Is‑sena
4. Emblema tal-Ewropa
5. Editur
Paġna III tal-qoxra (avviż pubbliċitarju)
Paġna IV tal-qoxra
1. In-numru tal-katalogu
2. L‑emblema tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet
3. ISBN
4. Il-prezz tal-bejgħ