4.4.4. Numru tal-katalogu
Minbarra l‑identifikaturi internazzjonali, ix-xogħlijiet kollha mwettqa mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet huma mmarkati b’identifikatur intern, jiġifieri n‑numru tal-katalogu.
Minbarra l‑identifikaturi internazzjonali, ix-xogħlijiet kollha mwettqa mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet huma mmarkati b’identifikatur intern, jiġifieri n‑numru tal-katalogu.
Dan huwa għodda ta' ġestjoni interna tal-Uffiċċju, użat għal finijiet ta’ tixrid. Dan jintuża, fost affarijiet oħra, biex jirreġistra l‑pubblikazzjonijiet fil-katalogi. Jintuża wkoll bħala mezz ta’ identifikazzjoni f’diversi applikazzjonijiet tal-informatika.
In-numru tal-katalogu huwa stampat fuq il‑qoxra ta’ wara, fir-rokna ta’ fuq, fuq in‑naħa tal-lemin; jekk ma jkunx hemm qoxra, dan għandu jidher b’mod li jkun jidher sew fuq il‑ktieb.
OA-09-22-124-MT-C