3.3.1. Emendi fit-test

L-emendi fit-test huma introdotti u ppreżentati skont jekk humiex relatati ma’ artikolu sħiħ, suddiviżjoni mmarkata jew mhux immarkata, sentenza jew parti minn sentenza.

1. Meta jiġi sostitwit artikolu sħiħ, it‑test il‑ġdid jibda bl‑indikazzjoni tal-artikolu (preċedut minn virgoletti tal-ftuħ), imqiegħda fuq ix-xellug mal‑marġni:

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/689/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp magni tal-ħasil tal-platti, kif ukoll l‑assessjar relatat u l‑bżonnijiet ta’ verifika, jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2009.”.

NB:

It-test tal-artikolu l‑ġdid għandu punt (jew punt u virgola) wara l‑virgoletti tal-għeluq.

2. Meta l‑emenda tikkonċerna suddiviżjoni mmarkata ta’ artikolu (paragrafu, punt, inċiż, eċċ.), it‑test il‑ġdid jibda b’virgoletti tal-ftuħ, segwiti min-numru tal-paragrafu, il‑punt, l‑inċiż, eċċ.:

Ir-Regolament (KE) Nru 409/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il‑punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(g)
‘l-istat tal-ipproċessar’ tfisser il‑mod kif il‑ħut jiġi ppreservat (frisk, immellaħ frisk u ffriżat).”;
(2)

fl-Artikolu 4, il‑paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

1. Il-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità stipulati fl‑ Annessi II, III u IV għandhom japplikaw sabiex jiġi kkonvertit il‑piż tal-ħut ipproċessat f’piż ta’ ħut ħaj.”.

Jekk jiġi sostitwit biss l‑ewwel subparagrafu ta’ paragrafu numerat, in‑numru tal-paragrafu ma jiġix imsemmi fit-test il‑ġdid:

(3)

fl-Artikolu 28(1), l‑ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kwalunkwe proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva mill-Kummissjoni, ir‑Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l‑Politika ta’ Sigurtà (minn hawn ’il quddiem ‘ir-Rappreżentant Għoli’) jew minn Stat Membru, li jista’ jkollha impatt fuq il‑baġit, inkluż bidliet fin-numru ta’ karigi, għandha tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni finanzjarja u bl-evalwazzjoni prevista fl‑Artikolu 27(4).”

3. Meta t‑test li ser jiġi sostitwit ma jkunx immarkat, tintuża din il‑formula:

(1)

fl-Artikolu 78, l‑ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-prinċipju tal-allokazzjoni tal-ammonti li jikkorrispondu mal‑erba’ punti perċentwali msemmija fl‑ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi kkompilat billi jittieħdu l‑ishma tal-Istati Membri fiż-żona agrikola u fl-impjieg agrikolu, ppeżati b’65 % u b’35 % rispettivament.”;

(7)

fl-Artikolu 15(2), it‑tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Qabel l‑1 ta’ Ġunju ta’ wara s‑sena ta’ kummerċjalizzazzjoni konċernata, il‑produtturi għandhom iħallsu ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li għalihom ma jistgħux jipprovdu evidenza aċċettabbli lil Stat Membru li r‑raffinar seħħ minħabba raġunijiet tekniċi ġustifikati u eċċezzjonali.”.

4. Jekk ser tiġi sostitwita biss sentenza, ma jiġi repetut l‑ebda sinjal ta’ suddiviżjoni, anke jekk l‑ewwel sentenza ta’ paragrafu numerat tkun is‑suġġett ta’ emenda:

(c)

fil-paragrafu 4, l‑ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“F’każ li ksur serju, kif definit fis-Sezzjoni I(1) tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 302/2009, jinstab abbord bastiment tas-sajd tal-Komunità, l‑Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l‑ispezzjoni, il‑bastiment tas-sajd iwaqqaf kull attività ta’ sajd.”

Meta s‑sostituzzjoni tirreferi għal parti minn sentenza (espressjoni, kelma, data, u ammont) l‑indikazzjoni tas-suddiviżjoni ma tintużax u s-sostituzzjoni tinkiteb f’rig wieħed:

Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2005/692/KE, id‑data “31 ta’ Diċembru 2010” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2012”.

NB:

Biex l‑affarijiet ikunu ċari u biex jiġu evitati problemi ta’ traduzzjoni, nirrikkmandaw li, pjuttost milli jiddaħħlu jew jitħassru sentenzi jew frażijiet partikolari, jiġi sostitwit l‑artikolu, il‑paragrafu, il‑punt jew l‑inċiż kollu. Madankollu, ma tkunx problema jekk tinbidel data jew ċifra biss.

5. Il-formula introduttorja tvarja skont jekk hemmx emenda waħda jew aktar:

  1. jekk hemm diversi emendi, il‑formula introduttorja tiġi:

    Ir-Regolament (UE) 2017/745 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1(2), it‑tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    (a)

    …;

    (b)

    …;

    (2)

    L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    …;

    (ii)

    …;

  2. jekk hemm emenda waħda biss, il‑formula tiġi:

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 huwa sostitwit b’dan it‑test:

    (u mhux:

    Ir-Regolament UE Nru …/2010 huwa emendat kif ġej:

    L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej)

6. Jekk jiġi emendat anness, jintużaw il‑formuli introduttorji li ġejjin:

L-Anness […] huwa emendat kif ġej:

jew, jekk l‑emendi huma msemmija fl‑anness:

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru …/2010 huwa emendat skont l‑Anness ta’ din id‑Deċiżjoni.

Jekk se jiġi sostitwit l‑anness sħiħ, it‑termini ta’ promulgazzjoni jużaw din il‑formula:

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru …/2007 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl‑Anness ta’ dan ir‑Regolament.

L-Anness jiġi ppreżentat hekk:

ANNESS

ANNESS

[…]”.