3.2.4. Ir-referenzi għall-emendi ta' att

Huwa mifhum li l‑atti msemmija fit-testi fil-Ġurnal Uffiċjali huma l‑atti fil-verżjoni fis-seħħ tagħhom, għalhekk in‑noti f’qiegħ il‑paġna jinkludu biss ir‑referenza tal-ĠU tal-verżjoni inizjali tagħhom u ma jsemmux modifiki li saru aktar tard.

Fil-Ġurnal Uffiċjali, in‑noti ta’ qiegħ il‑paġna ma għadhomx jinkludu l‑aħħar modifiki ta’ att, imma huma limitati biss għar-referenza għall-ĠU tal-att fil-verżjoni inizjali tagħha. L‑atti msemmija fit-testi ppubblikati fil-ĠU għandhom jinftiehmu bħala l‑atti fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ. Il-frażijiet “kif emendat (l‑aħħar) bi”, “ikkoreġut bi” u “imħassar bi” ma għadhomx jintużaw aktar.

Xi kultant, madankollu, l‑awtur ikun irid jirreferi għal test speċifiku kif ikun jidher f’data speċifika jew ikun irid jagħmel enfasi fuq xi att emendatorju partikolari. F’dan il‑każ, l‑att emendatorju jiġi ċċitat bħala “referenza statika” fil-forma qasira tiegħu u b’referenza għal nota ta’ qiegħ il‑paġna jekk ikun iċċitat għall-ewwel darba:

(6)
L-Anness III B tar-Regolament (KE) Nru 517/94 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2007(5) ġie żvujtat […]

[…]

(2)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2007 tat‑28 ta’ Novembru 2007 li jemenda l‑Annessi II, III B u VI għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tat‑tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b’regoli speċifiċi Komunitarji oħra dwar l‑importazzjoni (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 5,ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1398/oj).