2.5. Il-formuli tal-għeluq (il‑post, id‑data u l‑firma)
L-att jispiċċa bil-kliem “Magħmul fi…, …” li jindika l‑post u d-data tal-firma, segwit mill-firma jew firem.
L-att jispiċċa b’li ġej:
- l-ewwel il‑kliem “Magħmul fi …, …” bil-post u d-data fejn saret il‑firma,
- segwiti bil-firma/firem.
Il-kelma “Magħmul” tirreferi għall-att u mhux għad-diversi forom li jista’ jkollu.
Post u data
Fil-leġiżlazzjoni sekondarja, il‑post u d-data jidhru hekk:
Magħmul fi Brussell, l‑1 ta’ Settembru 2010.
fejn id‑data hija d‑data meta l‑att ġie ffirmat (atti adottati mill-Parlament Ewropew u l‑Kunsill flimkien) jew adottati (f’każijiet oħra).
Fi trattati, ftehimiet internazzjonali, eċċ. id‑data sħiħa tinkiteb fi kliem:
Magħmul fi Brussell fl‑erbgħa u għoxrin jum ta’ Marzu fis-sena elfejn u għaxra, f’żewġ oriġinali, bl‑ilsien Ingliż
Il-post tal-firma tal-atti tal-istituzzjonijiet jista’ jkun Brussell (inġenerali), il‑Lussemburgu (matul is‑sessjonijiet tal-Kunsill f’April, Ġunju u Ottubru), Strasburgu (partikolarment għall-Parlament Ewropew, inkluż meta dan jiffirma mal‑Kunsill) jew Frankfurt am Main (għall-biċċa l‑kbira tal-atti tal-Bank Ċentrali Ewropew).
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2025.
Firem (lista mhux sħiħa)
Fil-leġiżlazzjoni sekondarja:
| Il-Parlament Ewropew | Il-Kunsill Ewropew | Il-Kunsill |
|---|---|---|
Għall-Parlament Ewropew Il-President … (inizjali u kunjom sħiħ) |
Għall-Kunsill Ewropew Il-President … (inizjali u kunjom sħiħ) |
Għall-Kunsill Il-President … (inizjali u kunjom sħiħ) |
| Il-Kummissjoni | ||
|---|---|---|
| Regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet mingħajr destinatarju | Deċiżjonijiet b’destinatarju | |
Għall-Kummissjoni Il-President … (isem sħiħ) |
Għall-Kummissjoni, F’isem il‑President, … (isem sħiħ) Membru tal-Kummissjoni |
Għall-Kummissjoni … (isem sħiħ) Viċi President |
|
Għall-Kummissjoni, F’isem il‑President, … (isem sħiħ) Viċi President |
Għall-Kummissjoni, F’isem il‑President, … (isem sħiħ) Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali … |
Għall-Kummissjoni … (isem sħiħ) Membru tal-Kummissjoni |
| Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE | Bank Ċentrali Ewropew | |
|---|---|---|
| Regolamenti, linji gwida | Deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet | |
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President … (isem sħiħ) |
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE Il-President tal-BĊE … (isem sħiħ) |
Il-President tal-BĊE … (isem sħiħ) |
|
Għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE Il-President tal-BĊE … (isem sħiħ) |
||
Fi ftehimiet internazzjonali:
| Ftehimiet, protokolli, konvenzjonijiet | |
|---|---|
Għall-Unjoni Ewropea (firma) |
Għall-Istati Membri (firma) |
| Ftehimiet f’forma ta’ skambju ta’ ittri | |
|---|---|
| F’isem il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea | Għall-Unjoni Ewropea |