2.3. L-artikoli (termini ta’ promulgazzjoni)
It-termini ta’ promulgazzjoni, li jikkostitwixxu l‑parti normattiva tal-att, jinqasmu f’artikoli.
Informazzjoni ġenerali
is-sing twilsuddiviżjonijietIt-termini ta’ promulgazzjoni, li jikkostitwixxu l‑parti normattiva tal-att, jinqasmu f’artikoli. Fejn it‑termini ta’ promulgazzjoni huma sempliċi, dawn jitqiegħdu f’“Artikolu Uniku”.
Meta att ikun fih iktar minn artikolu wieħed, l‑artikoli jiġu numerati wara xulxin tul id‑dokument kollu (Artikolu 1, Artikolu 2, Artikolu 3, eċċ.). In-numerazzjoni trid tkun kontinwa mill-bidu sal-aħħar tat‑termini ta’ promulgazzjoni.
L-artikoli jistgħu jiġu raggruppati f’ “partijiet”, “titoli”, “kapitoli” u “taqsimiet” (ara t‑tabella fit-Taqsima 2.7).
Kull artikolu jista’ jkun suddiviż f’paragrafi, subparagrafi, punti, inċiżi u sentenzi.
Il-paragrafi u s-subparagrafi jistgħu ma jkunux numerati jew ikunu numerati permezz ta’ numri Għarab u jista’ jkollhom punti jew inċiżi, li jistgħu jkunu preċeduti minn sing. (Għat-terminoloġija tad-diversi partijiet ta’ artikolu, ara d‑dijagramma fit-Taqsima 2, Taqsima 2.7 u d-dijagramma “Tabelli ta’ Sommarju: L‑Istruttura ta’ att legali”.)
Bil-Franċiż, paragrafi numerati jissejħu “paragraphe” u paragrafi mhux innumerati jissejħu “alinéa”.
L-Artikolu finali (fid-direttivi u d‑deċiżjonijiet)
Fid-direttivi u, fejn ikun il‑każ, id‑deċiżjonijiet, l‑aħħar artikolu jispeċifika d‑destinatarji.
Direttivi
Din id‑Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
jew
Din id‑Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it‑Trattati.
(F’każ fejn id‑direttiva mhijiex indirizzata lill-Istati Membri kollha: Stati Membri li l‑munita tagħhom mhijiex l‑euro, eċċ.).
jew
Din id‑Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li [pereżempju: għandhom passaġġi fuq l‑ilma interni kif imsemmi fl‑Artikolu 1(1)].
jew
Din id‑Direttiva hija indirizzata lil [l-isem (uffiċjali) sħiħ tal-Istat(i) Membru/i].
Deċiżjonijiet
- deċiżjonijiet indirizzati lill-Istati Membri kollha:
Din id‑Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
deċiżjonijiet indirizzati lil Stati Membri speċifiċi:
Din id‑Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it‑Trattati.
jew
Din id‑Deċiżjoni hija indirizzata lil [l-isem (uffiċjali) sħiħ tal-Istat(i) Membru/i].
- deċiżjonijiet indirizzati lil entitajiet speċifiċi:
Din id‑Deċiżjoni hija indirizzata lil [l-isem sħiħ u l‑indirizz tal-entità].
- Huma l‑ismijiet sħaħ, fl‑ordni tal-protokoll, tal-Istati Membri li jintużaw (ara t‑Taqsima 7.1.1):
Din id‑Deċiżjoni hija indirizzata lir‑Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir‑Repubblika Taljana u lir‑Rumanija.
- L-aħħar artikolu tal-linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew jindika wkoll l‑indirizzati:
Din il‑Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema