2.1. It-titolu

It-titolu sħiħ ta’ att ikun fih: it‑tip ta’ att, in‑numru, isem l‑awtur tal-att, id‑data tal-adozzjoni u s-suġġett.

It-titolu sħiħ ta’ att ikun fih:

  • it-tip ta’ att (regolament, direttiva, eċċ.),
  • in-numru (jiġifieri, l‑abbrevjazzjoni(jiet) li japplikaw (“UE”, “Euratom”, “UE, Euratom”, “PESK”), is‑sena u n-numru sekwenzjali tal-att),
  • l-isem l‑awtur tal-att,
  • id-data tal-adozzjoni (id-data tal-firma tal-atti adottati b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill),
  • is-suġġett,
  • fl-atti b’numerazzjoni doppja, in‑numru assenjat mill-awtur (ara t‑Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”).

Ir-regoli li għandhom jiġu segwiti biex issir referenza għal titolu huma elenkati fit‑Taqsima 3.2.

Jekk it‑titolu ta’ xi att jiġi emendat b’att ieħor jew huwa s‑suġġett ta’ rettifika, it‑titolu emendat jew ikkoreġut, minn hemm ’il quddiem, għandu jiġi dejjem iċċitat.

NB:

Fl-ewwel paġna ta’ att, it‑terminu “kodifikazzjoni” jew “riformulazzjoni” jista’ jidher taħt it‑titolu. Dan it‑terminu, dejjem b’ittri żgħar u b’tipa grassa, jitqiegħed taħt it‑titolu, fil-parentesi. Ma jissemmiex fir-referenzi għall-att inkwistjoni.