1.3.3. Il-kontenut
Lista tat‑tipi ta’ dokumenti ppubblikati fis-serje C hija ppreżentata hawnhekk, bid-dokumenti miġbura fl‑intestaturi u s-subintestaturi rilevanti.
Lista tat‑tipi ta’ dokumenti ppubblikati fis-serje C hija ppreżentata hawnhekk, bid-dokumenti miġbura fl‑intestaturi u s-subintestaturi rilevanti.
C I — Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
F’din l‑intestatura nsibu:
- riżoluzzjonijiet (eż. riżoluzzjonijiet (mhux leġiżlattivi) tal-Parlament Ewropew, riżoluzzjonijiet tal-Kunsill u r‑Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fil-Kunsill, riżoluzzjonijiet tal-Kunsill, riżoluzzjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, riżoluzzjonijiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni),
- rakkomandazzjonijiet (eż. rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew),
- opinjonijiet li t‑talba għalihom minn xi istituzzjoni mhijiex obbligatorja (eż. l‑opinjoni tal-Kunsill, l‑opinjoni tal-Kummissjoni, l‑opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, l‑opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, l‑opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, l‑opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l‑opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data).
C II — Komunikazzjonijiet
F’din l-intestatura nsibu:
- ftehimiet interistituzzjonali (li jinkludu deċiżjonijiet li jemendaw dawk il‑ftehimiet); l‑istituzzjonijiet jiddeċiedu jekk jippubblikawhomx fis-serje L jew fis-serje C skont il‑kuntest, l‑ambitu u l‑effetti tagħhom,
- dikjarazzjonijiet konġunti,
- komunikazzjonijiet minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (eż. xi deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew, komunikazzjonijiet tal-Kunsill, xi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni, numru ta’ katalogi komuni tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex, Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), l‑applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda, in‑nonoppożizzjonijiet għal konċentrazzjonijiet notifikati, l‑awtorizzazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat, deċiżjonijiet tal-entitajiet maniġerjali, il‑proċeduri ta’ ingaġġ).
C III — Atti preparatorji
F’din l‑intestatura nsibu:
- inizjattivi tal-Istati Membri,
- atti preparatorji tal-istituzzjonijiet, il‑korpi, l‑uffiċċji u l‑aġenziji (eż. riżoluzzjonijiet leġiżlattivi, pożizzjonijiet u riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il‑pożizzjonijiet tal-Kunsill, opinjonijiet li t‑talba tagħhom hija obbligatorja u rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew, opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li t‑talba tagħhom hija obbligatorja, opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li t‑talba tagħhom hija obbligatorja, opinjonijiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li t‑talba tagħhom hija obbligatorja).
C IV — Informazzjoni
F’din l‑intestatura nsibu:
- informazzjoni mill-istituzzjonijiet, il‑korpi, l‑uffiċċji u l‑aġenziji tal-Unjoni Ewropea (eż. Stqarrijiet mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri meta jiltaqgħu fil-Kunsill, atti tal-Kunsill, deċiżjonijiet tal-Kunsill, rapporti annwali tal-Kunsill, rapporti dwar il‑kontroll baġitarju u l‑ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u l‑korpi differenti, minuti tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament Ewropew, deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward in‑nomina tal-membri, rati tal-kambju tal-euro, sommarji ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni, nomini ta’ mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir‑rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri, ir‑rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, ir‑rati ta’ mgħax iffissati mill-Bank Ċentrali Ewropew, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, atti minn uffiċċji u aġenziji, regoli ta’ proċedura minn uffiċċji u aġenziji),
- informazzjoni minn Stati Membri (eż. informazzjoni mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat awtorizzat, obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku, estratti ta’ deċiżjonijiet tal-qrati tal-ġustizzja nazzjonali, valutazzjonijiet tal-istokkijiet ta’ prodotti tal-UE, diversi proċeduri nazzjonali, listi ta’ prodotti),
- informazzjoni rigward iż-Żona Ekonomika Ewropea (l‑ewwel, informazzjoni mill-istituzzjonijiet (il‑Kumitat Konġunt taż-ŻEE, l‑Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il‑Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA), segwita b’informazzjoni minn pajjiżi membri taż-ŻEE jew tal-EFTA),
- informazzjoni minn pajjiżi terzi.
C V — Avviżi
F’din l‑intestatura nsibu:
- proċeduri amministrattivi (eż. avviżi ta’ kompetizzjonijiet, reklutaġġ, pożizzjonijiet vakanti, sejħiet għal proposti, sejħiet għat-turija ta’ interess, avviżi ta’ stediniet għal offerti, gwidi għal kompetizzjonijiet ġenerali, listi ta’ riżerva),
- proċedimenti ġudizzarji (eż. avviżi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, avviżi tal-Qorti tal-EFTA),
- proċeduri relatati mal‑implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni (eż. opinjonijiet rigward proċeduri ta’ antidumping, proposti ta’ għeluq tal-ilment, notifiki ta’ inizjazzjoni ta’ proċediment kontra l‑għoti ta’ sussidji, avviżi dwar il‑miżuri ta’ kumpens diġà fis-seħħ),
- proċeduri relatati mal‑implimentazzjoni tal-politika dwar il‑kompetizzjoni (eż. għajnuna mill-Istat, notifiki minn qabel ta’ konċentrazzjoni, l‑opinjonijiet tal-gvernijiet tal-Istati Membri, avviż ta’ wasla ta’ lment),
- atti oħrajn (eż. avviżi għall-attenzjoni ta’ persuni, gruppi u entitajiet inklużi f’listi, talbiet għall-pubblikazzjoni, pubblikazzjonijiet ta’ sommarju ta’ speċifikazzjonijiet, komunikazzjonijiet dwar konsultazzjoni pubblika, avviż ta’ stedina għal offerti, avviż rigward talba ta’ Stat Membru).
Rettifiki
Ir-rettifiki jistgħu jidhru biss f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi u jistgħu jvarjaw fit-tul u l‑kontenut minn verżjoni lingwistika għal oħra.
Ir-rettifiki ma jingħatawx numru tal-avviż. Madankollu, huma jirċievu n‑numru tal-Ġurnal Uffiċjali C/SSSS/9NNNN fejn in‑numru sekwenzjali b’ħames ċifri dejjem jibda b’9.
It-Trattati mhux ratifikati u t‑Trattati konsolidati, kif ukoll ir‑rettifiki għat-Trattati, jiġu ppubblikati fis-serje C mingħajr intestatura.