1.3.2. In-numerazzjoni tad-dokumenti
Għajr għar-rettifiki, id‑dokumenti ppubblikati fis-serje C jingħataw numru tal-avviż mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
In-numru tal-avviż
Għajr għar-rettifiki, id‑dokumenti ppubblikati fis-serje C jingħataw numru tal-avviż mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
In-numru tal-avviż jikkonsisti fi:
- l-ittra “C” li tikkorrispondi għas-serje C,
- is-sena tal-pubblikazzjoni, li tinkludi erba’ ċifri,
- in‑numru sekwenzjali, ibbażat fuq sekwenza annwali, u li jinkludi l‑ammont ta’ ċifri li hemm bżonn.
C/SSSS/N
Dan in‑numru jitqiegħed taħt it‑titolu, fiċ-ċentru u bejn il‑parentesi.
In-numru tal-avviż huwa identiku għan-numru tal-Ġurnal Uffiċjali li jidher fil-header tal-Ġurnal Uffiċjali.
In-numru tal-avviż kien ikun fih:
- is-sena tal-pubblikazzjoni:
- sal-31 ta’ Diċembru 1998, l‑aħħar żewġ ċifri,
- mill-1 ta’ Jannar 1999, l‑erba’ ċifri kollha,
- in-numru tal-Ġurnal Uffiċjali,
- in-numru li juri l‑ordni tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.
98/C 45/01
2010/C 2/08
Numerazzjoni speċjali
Ċerti dokumenti għandhom in‑numerazzjoni tagħhom fit-titolu:
- il-pożizzjonijiet tal-Kunsill skont il‑proċedura leġiżlattiva ordinarja:
Il-Pożizzjoni (UE) Nru 11/2010 tal-Kunsill fl‑ewwel qari
NB:Qabel, fil-qafas tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni, kien ikun hemm “Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill”:
Il-Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 14/2005 tal-Kunsill
- l-għajnuna mill-Istat:
L-Għajnuna mill-Istat C 32/09
NB:Oqgħod attent għan-numerazzjoni: C 55/99, C 55/2000 (erba’ numri għas-sena 2000), C 55/01, eċċ.
- kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat‑Tribunal għas-Servizz Pubbliku:
Kawża C-187/10 (Il-Qorti tal-Ġustizzja)
Kawża T-211/10 (Il-Qorti Ġenerali — mill-15.11.1989)
Kawża F-29/10 (It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — mit-23 ta’ Lulju 2005 sal-31 ta’ Awwissu 2016)
Qabel il‑15 ta’ Novembru 1989 (għall-Qorti tal-Ġustizzja biss): Kawża 84/81
NB:It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, maħluq fl‑2004, temm l‑attivitajiet tiegħu fl‑1 ta’ Settembru 2016 wara li ttrasferixxa l‑kompetenzi tiegħu lill-Qorti Ġenerali.
- opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri:
Opinjoni Nru 01/2022 (qabel l‑1 ta’ Jannar 2022: Opinjoni Nru 1/2021)
- kawżi tal-Qorti tal-EFTA:
Kawża E-5/10
- avviżi ta’ kompetizzjonijiet miftuħa (ippubblikati fis-serje C … A sat-30 ta’ Settembru 2023):
EPSO/AD/177/10
- avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti:
COM/2010/10275
- Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali:
Id-Deċiżjoni Nru H8 tas-17 ta’ Diċembru 2015 (aġġornata bi ftit kjarifiki tekniċi fid-9 ta’ Marzu 2016) dwar il‑metodi ta’ ħidma u l‑kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali
- baġits emendatorji tal-aġenziji:
Stqarrija ta’ dħul u ħruġ tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2010 — baġit emendatorju Nru 1
- sejħiet għal proposti:
Sejħa għal proposta IX-2011/01 — “Għotjiet lil partiti politiċi fuq livell Ewropew”
Sal-23 ta’ Lulju 2002 (data ta’ skadenza tat‑Trattat KEFA), kien hemm “kunsensi” tal-Kunsill:
Kunsens Nru 22/96
Kunsens Nru 6/2002